Jagħti daqqa ta’ pala waqt argument

Alan Harmsworth ta’ 36 sena mill-Marsa tressaq il-Qorti mixli li ta daqqa ta’ pala lil Bakare Tesigue mill-Mali.

Fil-Qorti intqal li Harmsworth ma setax iċaqlaq il-karozza minħabba skip.

Dan wassal għal argument bejn iż-żewġt irġiel u sofrew ukoll minn ġrieħi.

Jirriżulta li Harmsworth iżomm iż-żwiemel fi Triq it-Tiġrija fil-Marsa u għalhekk ingħata il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.