Jagħti 1,173 borża demm u jsalva 2.4 miljun tarbija

James Harrison ta’ 81 sena ta l-aħħar donazzjoni tad-demm wara 60 sena. B’kollox irnexxielu jsalva 2.4 miljun tarbija.
“Ir-raġel bid-driegħ tad-deheb,” ta 1,173 borża demm matul ħajtu sabiex salva trabi li kienu fil-periklu tal-mewt.
Harrison beda jagħti d-demm wara operazzjoni li kellu jagħmel fi tfulitu fejn waqt l-intervent kellu hu stess jingħata d-demm.
Issa, is-servizzi tad-demm tar-Red Cross Awstraljan waqqaf lil Harrison milli jagħti d-demm għax qabeż l-età massima li wieħed jista’ jagħti d-demm.
Huwa tenna li jekk jagħtuh permess, lest li jkompli jgħin lil dawn it-trabi.