Jagħmlulu billboard fil-Fgura għax se jiżżewweġ

Grupp ta’ ħbieb iddeċidew li jagħmlu ċajta lil seħibhom li se jiżżewweġ billi għamlulu billboard fil-Fgura.

Wieħed minn sħabu tkellem ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li meta ra l-billboard iż-żagħżugħ daħaq madanakollu wiegħed li se jpattihielhom.

Fuq il-billboard wieħed jista’ jara ritratt taż-żagħżugħ bilqiegħda u liebes kuruna ta’ re, bil-kliem “ser niżżewweġ” miktubin ħdejh.

Il-ħabib tiegħu kompla jgħid li wiegħed lil dawk kollha li għamlu ċ-ċajta li meta jaslu biex jiżżewġu huma se jkun qed ikewwes ċajta kbira wara li jieħu n-noti għal dak kollu li biħsiebhom jagħmlulu sal-ġurnata tat-tieġ.