Jagħmillu qalziet b’dulliegħa biex jiffriska

Fiċ-Ċina, missier ried jaċċerta ruħu li ibnu jżomm frisk fis-sajf. L-aktar soluzzjoni kreattiva li sab kienet li jagħmillu qalziet minn dulliegħa.
It-tifel, li għandu ħames snin, kien ilu jiem jilmenta li qed iħoss sħana kbira.
Il-missier spjega li ġietu l-idea wara li ta biċċa dulliegħa lill-ibnu biex jiffriska. Kien dak il-ħin li għamel żewġ toqbiet fid-dulliegħa biex jidħlu saqajn ibnu. 
Wara li t-tifel ħassu tajjeb b'dan il-qalziet, missieru għamillu kappell u par ingwanti tal-boxing.