Jagħmel xirja ta’ €770 għax ippanikja minħabba Brexit

Hekk kif iż-żmien għaddej ġmielu u Brexit tinsab wara l-bieb, sakemm l-Unjoni Ewropeja ma tiddeċidix testendix il-proċess jew le, għad fadal biss disgħat ijiem biex ir-Renju Unit tinqata’ darba għal dejjem mill-Unjoni Ewropea. Madanakollu, wieħed raġel mir-Renju Unit jidher li gerfex Brexit mal-apokalissi.

Tony East mir-Renju Unit, ħaseb li Brexit mhix se taffettwa biss is-suq internazzjonali, imma ħaseb li l-pajjiż se jispiċċa mingħajr ikel, tant li mar għand Tesco u għamel xirja ta’ €770 biex jaħżen bil-lest għall-familja waqt Brexit.

Mart Tony, Juliet, tellgħet diversi ritratti tax-xirja li għamel żewġha bil-għan li l-familja jkollha biżżejjed ikel u xorb għaż-żmien li ġej. Juliet qalet li fix-xirja ‘kruċjali’ żewġa ħa ħsieb jixtri affarijiet essenzjali, inkluż inbid u birra.

Mal-midja internazzjonali Juliet qalet li meta wieħed jikkunsidra kollox, jidher li żewġa kien taħt l-effett tal-alkoħol meta għamel din ix-xirja, u li mhux se tiġġudikah.