Jagħmel tattoo li tgħid li ma kienx fidil lejn martu

Raġel li qalagħha mingħand martu wara li qabditu jeqlibielha, għamel xi ħaġa li qatt ma stenniet. Fl-isforz biex taħfirlu u terġa’ tieħdu b’żewġha, ir-raġel mar jagħmel tattoo fuq sidru li tikkommemora l-infedeltà tiegħu lejn martu.

Hu ta l-permess lill-persuna li għamlitlu t-tatto biex jippubblika r-ritratt biex tarah id-dinja kollha. It-tattoo hija paragrafu kbir li tgħattilu sidru fejn jammetti dak kollu li għamel.