Jagħmel stqarrija falza biex jgħin lil ibnu

George Falzon ta’ 55 sena minn Ħal Qormi ngħata l-libertà proviżorja wara li ammetta li għamel stqarrija falza mal-Pulizija biex jgħin lil ibnu.
Falzon għamel din l-istqarrija b’rabta ma’ inċident li seħħ is-sena li għaddiet.
L-iben kien qed isuq vettura li kienet involuta f’dan l-inċident iżda l-missier kien stqarr li kien hu u mhux ibnu li kien qed isuq.
Aktar tard ir-raġel biddel il-verżjoni. Ir-raġel ingħata l-libertà proviżorja bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 18-il xahar.