Jagħmel rapport falz u wara jammetti li għamel ħsara f’karozza

Sqalli li bil-karozza tiegħu baqa’ dieħel f’karozza pparkjata u wara għamel rapport falz lill-pulizija li xi ħadd kien għamillu ħsara fil-karozza tiegħu, kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tlett snin.

L-Isqalli Giuseppe Arturo ta’ 51 sena minn Catania ammetta li wettaq il-ħsara f’karozza pparkjata fi Spencer Hill, il-Marsa.   L-inċident seħħ fil-15 ta’ Ġunju li għadda fl-4.30 am.   Il-ħsara li saret fuq il-karozza kienet tlaħħaq madwar 190 ewro.