Jagħmel membrane ħażin; imġiegħel iħallas

Id-Direttur Ġenerali u l-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ avviż pubbliku biex jgħarraf u jidentifika lil Eman Zammit, detentur tal-karta tal-identità 506579(M) li ma onorax id-deċiżjoni mogħtija mit-Tribunal għal talbiet tal-Konsumatur.

Il-konsumatriċi ħadet sussidju ta’ €360 mill-Awtorità tad-Djar biex tkun tista’ tirranġa d-dar, iżda rriżulta li x-xogħol ta’ membrane sar kollu ħażin. Oriġinarjament it-talba saret fir-rigward ta’ persuna li ismu kien jidher fuq l-irċevuta tal-VAT, iżda jidher li x-xogħol kien propjament sar minn Eman Zammit. Kawża ta’ dan, hu ġie msejjaħ fil-kawża.

Zammit la ssottometta risposta u lanqas biss attenda s-seduta. It-Tribunal innota li l-verżjoni tal-konsumatriċi kienet kredibbli u aċċettabbli u għalhekk ordna lil Zammit iħallas l-ammont ta’ €360 bl-ispejjeż kontrih.