Jagħmel ħsara fuq il-karozzi tal-imgħallmin; ħelsien mill-arrest

Raġel ta’ 37 ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Simone Grech li għamel ħsara fuq il-karozzi tal-imgħallmin tiegħu wara li dan allegatament ma tħallasx għal xogħlu.

Ir-raġel ta’ nazzjonalità Libjana ngħata ħelsien mill-arrest u l-Qorti ħarġet Ordni ta’ Protezzjoni fuq l-allegati vittmi u insistiet li l-akkużat m’għandux jersaq lejn il-vittmi. Fil-Qorti nstema’ kif il-Libjan li hu residenti Malta għamel ħsara ta’ €4,620 fuq il-karozzi tal-imgħallmin bl-akkużat iwieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat qalet insistiet li mal-akkużat li jekk irid jitħallas, hu m’għandux imur għand l-imgħallmin tiegħu iżda għandu jkellem avukat tiegħu biex jagħmel dan. Kompliet li jekk l-allegat vittmi jippruvaw ikellmuh huwa għandu jinforma l-pulizija.

Fil-qorti l-akkużat qal li jinsab bla xogħol u għandu siequ miksura. Il-Maġistrat ordnat li għandu jmur jirraporta kuljum l-għassa ta’ Birżebbuġa. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,000. Il-Qorti wissiet lill-akkużat li jekk jikser l-ordnijiet imposta fuqu jrid iħallas €7,000 multa u jispiċċa arrestat.