Jagħlqu sninhom fl-istess jum

Awguri lil żewġ kantanti Maltin li għandhom żewġ afafrijiet komuni ma’ xulxin: it-tnejn li huma twieldu f’dan il-jum, it-28 ta’ Frar, u t-tnejn li huma irrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest.

Paul & Georgina

Paul Giordimaina twieled nhar it-28 ta’ April 1960. Ta’ 5 snin beda jistudja l-pjanu u ta’ 14-il sena beda jdoqq ma’ gruppi ta’ mużika rock u wara beda jkanta wkoll. Fl-1982 ħa sehem fir-rock opera Ġensna u minn hemm qatt ma ħares lura u ħa sehem f’aktar musicals fosthom Ali Baba u Il Gwerra ta’ Spiru Cefai.

Ħa sehem f’bosta festivals barra minn Malta fosthom il-Eurovision Song Contest fl-1991 flimkien mal-kantanta Georgina bil-kanzunetta Could It Be. Ħa sehem ukoll f’festivals fit-Turkija, Ċekoslovakkja, l-Italja, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Kanada.

Ħadem fuq ħafna kompożiżżjonijiet flimkien mas-sieħba tiegħu, l-awtriċi u preżentatriċi Fleur Balzan.

Christabelle Borg

Christabelle Borg twieldet bħal-lum fl-1992. Miżżewġa lil Jordan Camilleri, hija rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision permezz tal-kanzunetta Taboo,

Il-karriera ta’ Christabelle bdiet meta hija kienet għadha żgħira u ta’ 3 snin telgħet għall-ewwel darba fuq il-palk. L-ewwel kanzunetta oriġinali li kantat kienet Jien Inħobb il-Ħelu.

Kienet tippreżenta bosta programmi fuq it-televiżjoni fosthom Teen Traffic u Teen Trouble, li t-tnejn li huma ġew nominati għall-Malta Television Awards.

Ipparteċipat f’diversi edizzjonijiet tal-Malat Junior Eurovision Song Contest u anki l-Malta Eurovision Song Contest.

Awguri lil dan iż-żewġ kantanti f’għeluq sninhom.