Jagħlaq l-ajruport f’Liverpool minħabba inċident

Ġew ikanċellati t-titjiriet fl-Ajruport ta’ Liverpool, John Lennon. Dan wara li jet privat spiċċa ħareġ mir-runway u waqaf fil-ħaxix.

L-ajruport li spiċċa ngħalaq kmieni l-bieraħ filgħodu, ħabbar li mhux se jkun jista’ jiggarantixxi li jkompli bit-titjiriet qabel il-Ġimgħa.

Erba’ persuni kienu abbord, iżda ħadd ma weġġa’.

Source minn Liverpool Football Club ikkonferma ma’ BBC li l-jet privat kien qed iġorr wieħed mill-propjetarji tal-klabb, Mike Gordon.

Aktar minn 9,000 passiġġier tħasritilhom it-titjira, jew inkellha ġew trasferiti għall-Ajruport ta’ Manichester. Oħrajn spiċċaw marru jorqdu f’xi lukandi fil-viċinanzi.

Gordo li hu l-president ta’ Fenway Sports Group kien fuq it-titjira minn Bedford Massachusetts għal Liverpool biex jattenti waħda mil-laqgħat tal-klabb li jsiru b’mod regolari.