Aġġornata: Imut raġel wara sparar fil-parlament tal-Kanada

Aġġornata 17:45: Midja Kanadiża għadha kif irrappurtat li wieħed mill-persuni li kien qed jispara nqatel wara li ntlaqat b'tir. Numru ta' tiri ġew sparati wkoll fil-parlament ta' Ottawa.

Għadd ta’ tiri ġew sparati ftit tal-ħin ilu fin-National War Memorial f’Ottawa, ftit il-passi ‘l bogħod biss mill-parlament tal-Kanada.
Skont il-midja Kanadiża, suldat spiċċa mweġġa’ u r-raġel li spara għadu ma nqabadx.
L-inċident ġie wara li l-Kanada għolliet il-livell ta’ theddida ta’ terrur minn baxx għal medju.
Nhar it-Tlieta li għadda, Musulman ikkonvertit inqatel mill-pulizija ta’ Quebec wara li tajjar żewġ suldati bil-karozza tiegħu.
Uffiċjal tal-Gvern qal li l-att kien risposta għaż-żieda f’ “general chatter” onlajn minn gruppi radikali, fosthom l-Istat Iżlamiku u al-Qaeda.
Ftit wara għalaq anke l-Parlament.