Jagħlaq b’katnazz ħalq ibnu u wara joqtlu bis-swat

Raġel fin-Niġerja ġie arrestat wara li għalaq b’katnazz ħalq ibnu ta' erba' snin talli beda jibki.  Il-missier baqa' jsawwtu sakemm qatlu.
Lill-ibnu sejjaħlu wkoll “tifel tal-ħażen” u akkużah li hu kien ir-raġuni wara l-miżerja tiegħu fl-aħħar ftit snin ta’ ħajtu.

Skont id-dokumenti tal-qorti, il-missier, gwardjan ta’ 30 sena, sawwat lil ibnu, ħarqu b’ħadida tal-mgħodija, u anke sakkru fi dramm tal-plastik.
Kienet omm it-tifel li ndunat bil-qtil wara li daħlet id-dar u sabet lil binha mejjet bl-iktar mod makabru.