Jagħlaq 85 sena; stedina biex jiċċelebraw miegħu f’Bethlehem f’Għajnsielem

Qassis Malti li jinsab fuq missjoni fil-Gwatemala se jkun qed jiċċelebra għeluq sninu billi jżur Betlehem f’Għajnielem.

Il-Qassis Jose Camilleri li ilu fil-Gwatemala għal 26 sena, stieden lil sħabu u l-qraba tiegħu sabiex iżuruh illum bejn it-3.30pm u l-5pm fiż-żona E. Intant ħeġġeġ lil kulħadd sabiex juża l-festa tal-lum, biex flimkien mal-familja jżur dan il-villaġġ tal-Milied, li jsejjaħlu “uniku”.

Spjega li fiż-żjara tiegħu se jkun qed jieħu l-opportunità biex mhux biss jaqsam biċċa kejk ma’ min imur jiltaqa’ miegħu, iżda se jaqsam ukoll il-memorji u l-avvenimenti tal-proġetti missjunarji tiegħu fil-Gwatemala.