Aġġornata: Jaggreduh b’arma ppuntata u jħalluh mal-art f’Bormla

Google Street View

Aġġornata: 17:05

Raġel instab mal-art ferut fi Triq San Ġwann t’Għuxa, f’Bormla. Jidher li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ dalgħodu. Fl-aħħar ħin, ir-raġel ġie identifikat bħala Libjan residenti ż-Żejtun u għandu 26 sena.

Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija jidher li r-raġel kien involut fi ġlieda u sofra ġrieħi minn arma li taqta u bil-ponta.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lir-raġel b’urġenza lejn l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Il-Pulizija ma tatx dettalji dwar kif seħħ dan l-argument u lanqas dwar jekk il-persuni involuti ġewx arrestati.