Jaggredixxiha xħin irrifjutat l-avvanz sesswali tiegħu

Żagħżugħ ta’ 22 sena li ma pprovdiex indirizz fil-Qorti, ġie kkundannat 10 xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li attakka tfajla meta din irrifjutat l-avvanzi sesswali tiegħu.
Il-Ħadd li għadda, tfajla sofriet ġrieħi gravi f’wiċċha xħin Antoine Ellul minn Santa Venera, ipprova jkollu x’jaqsam magħha fil-karozza tiegħu.
Ellul ammetta l-akkuża miġjuba kontrih, kif ukoll akkużi oħra li kien qed isuq karozza mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni, li m’obdiex l-istruzzjonijiet tal-Pulizija, u li kiser il-paċi pubblika.
Hija u taqra s-sentenza, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ordnat sabiex iż-żagħżugħ jiġi osservat u megħjun biex jegħleb xi sfidi f’ħajtu.
Il-Qorti ħaditlu l-liċenzja għal sena.
Ritratt: Arkivji