Jaggredixxi lil kuġinuh minħabba tfajla

Quddiem il-Maġistrat Franco Depasquale llum tressaq il-Qorti ż-żgħażugħ ta’ 19-il sena li nhar il-Ħadd li għadda weġġa’ b’mus lil kuġinuh f’Wied il-Għajn.
Jidher li l-argument inqala bejn iż-żewġt iqraba kien dwar tfajla li kienet toħroġ mat-tnejn li huma.
Kuġin l-imputat, li għandu 28 sena u joqgħod Ħaż-Żabbar, kellu jiddaħħal l-isptar minħabba d-daqqiet ta’ mus li qala’.
L-aggressjoni saret fi Triq il-Miklem Malti għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar.