Jaf tagħlaq għal kollox il-linja tal-ajru Malaysia Airlines

ajruplan Malaysia Airlines

Il-ministru tal-Malasja qal li l-gvern qed jikkunsidra għandux jagħlaq, ibigħ jew jiffinanzja mill-ġdid il-flotta tal-ajruplani nazzjonalia, Malaysia Airlines. Xi analisti ssuġġerew li l-linja tal-ajru għandha tingħalaq jew tinbigħ. Iżda l-ministru għal dan qal li l-gvern għadu għaddej bl-istudji tiegħu dwar x’deċiżjoni għandha tittieħed.

Il-linja tal-ajru kellha fil-mira tagħha li terġa’ tibda tagħmel il-profit sa din is-sena filwaqt li tirkupra minn żewġ episodji diżastrużi, dik tal-2014 meta wieħed mill-ajruplani sparixxa waqt it-titjira tiegħu u inċident ieħor meta ajruplan tal-linja sparaw fuqu fil-Lvant tal-Ukraina.