Jaf dejjem poġġejthom ħażin fid-dishwasher

Il-mod kif tqiegħed il-pożati fid-dishwasher huwa suġġett li mhux l-ewwel darba qajjem diskussjoni. Mhux bilfors li jkun hemm qbil dwar jekk l-affarijiet għandhomx ikunu ‘l fuq jew ‘l isfel.

L-espert Ashley Iredale spjega li l-aħjar pożizzjoni tal-pożati hija ‘l isfel. Huwa ta tliet raġunijiet għal dan.

L-ewwel raġuni hija li minħabba r-riskju li jekk il-pużati jkunu l-ponta tagħhom ‘il fuq, tista’ ddaħħalha f’idejk inti u tiżbarazza d-dishwasher.

It-tieni raġuni hija li huma iktar komdi biex taqbadhom u titfagħhom fil-kexxun tal-pożati.

It-tielet raġuni hija li l-idejn iġorru ħafna mikrobi u jekk ikunu ‘l fuq, min se jiżbarazza l-pożati se jkun qed jaqbadhom min-naħa fejn wieħed jiekol bihom u għalhekk se jkunu qed jidħlu fil-ħalq diversi mikrobi li jkunu mal-idejn. Mhux biss imma ħafna drabi tħalli l-marka tas-swaba’ mal-pożati.

Għalhekk Iredale jissuġerrixxi li meta wieħed ikun qed jitfa’ l-affarijiet fid-dishwasher, jitfa’ l-pużati rashom ‘l isfel biex jevita dan kollu.

U inti qatt għaddietlek minn moħħok kif għandek tpoġġi l-pużati?