Jack Wilshere viċin li jitlaq lil Arsenal

Jack Wilshere huwa lest illi jitlaq lil Arsenal minkejja illi l-klabb xtaq illi dan tal-aħħar iġedded il-kuntratt tiegħu.
Madankollu Wilshere qed ikaxkar saqajh sabiex jagħmel dan kollu u l-probabbilta’ illi bassret il-gazzetta Ingliża The Sun hi illi dan il-plejer ta’ 26 sena jitlaq lill-Gunners wara madwar għaxar snin jilgħab magħhom.
It-tim illi jilgħab fl-Emirates Stadium qed jinsisti illi jnaqqas is-salarju tal-plejer għal 25 fil-mija, xi ħaġa illi xejn m’għoġbot lil Wilshere illi mhux lest jaċċetta dan kollu.
Minkejja illi xtraw lil Aubameyang, Mkhitaryan u ġeddu l-kuntratt ta’ Ozil b’somma ta’ flus involuti, Wilshere jinsab iddiżappuntat kif id-diriġenti tal-klabb qed ikunu xħaħ miegħu.