Jabbuża minn 11-il tifel; jinqabad fil-Munxar; jeħel 22 sena ħabs

Ir-raġel ta’ 71 sena li ġie arrestat f’Għawdex b’akkużi ta’ abbuż fuq minn tal-inqas 11-il tifel mifruxa fuq 40 sena ngħata sentenza ta’ 22 sena ħabs.
Bryan Davies sena tressaq quddiem il-Qorti Ingliża akkużat b’sensiela ta’ offiżi sesswali anke fi żmien meta hu kien maħrub mill-Pulizija.
Hu kien abbuża minn subien waqt li kien jaħdem fi stitut tat-tfal f’Denbighshire fir-Renju Unit.
Davies kien ġie arrestat fil-Munxar lura fl-2017 minħabba mandat t’arrest Ewropew, huwa kien aċċetta li jiġi estradit lejn l-Ingilterra.
Waqt is-smigħ tal-każ ħareġ kif Davies kien jistieden subien fil-kamra tiegħu billi joffrilhom sigaretti u alkoħol fl-1970.
Dawn kienu jikkonsistu f’20 akkuża ta’ attakk sesswali fuq 11-il tifel u sitt akkużi li ħa ritratti indiċenti tat-tfal bejn l-2007 u l-2013.
Hu instab ħati wkoll ta’ tliet reati fejn ħeġġa subien biex jagħmlu atti sesswali miegħu fuq l-internet bejn l-2011 u l-2012.
Il-ġurija qasmet il-verdett tagħha minkejja li Davies ma marx il-Qorti wara li pprova joqtol lilu nnifsu.
Hu nstab mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Kriminalita f’Folkestone f’Kent.