Jabbandunawh; jimxi 20 kilometru biex isibhom; imorru jraqqduh

Il-familja ta’ Toby abbandunatu għand familja oħra madwar 20 kilometru ‘l bogħod mid-dar tagħhom, iżda hu ma kienx jaf li ġie abbandunat.
Tant ħass in-nuqqas ta’ familtu li mexa t-triq kollha lura sakemm reġa’ sab id-dar Amerikana fejn trabba.
Għaldaqstant, meta wasal, familtu ma tantx ferħet bih u ddeċidew li jippruvaw mod ieħor kif ineħħu l-qattus. Tant li ħaduh f’xelter tal-annimali u talbu li jraqqduh.
Fortunatament, ix-xelter Amerikan għadda l-qattus lill-SPCA li offrietlu kenn sakemm mara minn New Hampshire addottatu.