Ġrieden u ħmieġ għax abbanduna l-art f’Ħaż-Żabbar

Numru ta' residenti minn Ħaż-Żabbar ilmentaw ma' Newsbook.com.mt dwar art abbandunata fil-lokalità li qed tintela' kollha żibel.
Wieħed mir-residenti fi Triq Alessio Erardi żied jgħid li sid din l-art suppost kellu jibni ħajt ta' sitt filati biex jitneħħa kull periklu,imma dan baqa' qatt ma sar għad-detriment tar-residenti tal-akwati li spiċċaw imdawra bil-ħmieġ u l-ġrieden.
Ma' Newsbook.com.mt is-Sindku ta' Ħaż-Żabbar Marc Vella Bonnici qal li l-Kunsill ikkuntattja mmedjatament lill-Pulizija hekk kif ilbieraħ sar ilment u li dawn marru minnufih fuq il post u saru jafu ta min hi l-art.
Hu żied jgħid li s-sid ġie infurmat mill-Pulizija li skont il-liġi din l-art trid titnaddaf u tingħalaq.