Jabbanduna karozza bid-droga; jinqabad ftit tal-ħin wara

Il-Pulizija sabet ammont konsiderevoli ta’ kannabis u oġġetti oħra relatati mad-droga f’karozza li tħalliet minn sidha.
Ilbieraħ għall-ħabta tal-5pm, il-Pulizija qalet li f’waħda mir-rondi tagħha f’Bormla għamlet sinjal lil xufier biex jitfa’ fil-ġenb, iżda dan minflok obda saq madwar diversi toroq u abbanduna l-karozza fi Triq il-Gendus.
Aktar tard il-ġuvni, residenti Bormla, inqabad mill-Pulizija, u se jitressaq illum il-Qorti għall-ħabta tal-11am.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.