Iżżewġet Pamela Anderson

Ritratt: Mercy for Animals

Skont rapport li ħarġu, l-attriċi Pamela Anderson ta’ Baywatch iżżewġet lbieraħ l-20 ta’ Jannar f’ċerimonja sigrieta f’Malibu, Kalifornja. Ir-raġel il-ġdid tagħha huwa Jon Peters, producer ta’ bosta films, fosthom iż-żewġ verżjonijiet tal-film A Star Is Born.

Pamela (52 sena) u Jon (74 sena) ilhom jafu lil xulxin għal bosta snin u saħansitra kienu joħorġu flimkien ftit aktar minn 30 sena ilu. Reġgħu bdew joħorġu flimkien fl-aħħar xhur u żammew din ir-relazzjoni sigrieta mill-pubbliku. Fil-fatt ma jeżistux ritratti tagħhom flimkien.

Dan huwa l-ħames żwieġ għalihom it-tnejn. Qabel hija kienet miżżewwġa lil Tommy Lee, lil Kid Rock u darbtejn lil Rick Salomon. Sa ftit żmien ilu hi kienet f’relazzjoni mal-futboler Franċiż Adil Rami.

Peters fost oħrajn kien miżżewweġ mal-attriċi Lesley Ann Warren u kellu relazzjoni twila ma’ Barbra Streisand.

S’issa għadhom ma ħarġux ritratti tat-tieġ tal-koppja.