Iżżewġet Dr Jo ta’ Grey’s Anatomy

Is-Sibt li għadda żżewġet l-attriċi Camilla Luddington li tinterpreta lil Dr Jo Wilson fis-sensiela ferm popolari Grey’s Anatomy.

Hi żżewġet lill-maħbub tagħha Matthew Alan, li wkoll huwa attur.

L-aktar xogħol riċenti tiegħu huwa s-sensiela Castle Rock. Hu kien interpreta wkoll lil Seth fis-sensiela 13 Reasons Why.

Luddington, 35 sena, s’issa ħadmet f’168 puntata ta’ Grey’s Anatomy, kif ukoll dehret f’numru ta’ produzzjonijiet oħra bħal True Blood u Californication.

Il-koppja żżewġet f’Kalifornja fil-preżenza ta’ 70 persuna.

Huma ilhom flimkien sa mill-2008 u fl-2017 saru ġenituri għall-ewwel darba, meta hi welldet lil Hayden.

Kien f’Jannar tal-2018 li ħabbru li kienu se jiżżewġu.