Iżżewweġ Piero Pelù ta’ Litfiba u The Voice of Italy

Ritratt: Pietro Pelu / Instagram

Iżżewweġ ir-rocker Piero Pelù li ħafna jiftakruh mal-grupp Litfiba, li kien jifforma parti minn dan il-grupp sal-1999.

It-tieġ ta’ Pelù mal-pjanista ta’ 46 sena Gianna Fratta kien ta’ sorpriża għal bosta, għax minkejja żewġ relazzjonijiet oħra li kellu fil-passat, din hija l-ewwel darba li hu żżewweġ. Il-kantant għandu 57 sena.

Il-messaġġi ta’ awguri ma waqfux fuq is-siti soċjali fejn dan il-kantant tefa’ r-ritratti biex iħabbar li kien iżżewweġ.

Sena wara li hu kien telaq minn Litfiba, Pelù ħareġ l-ewwel album tiegħu bħala solista.

Pelù kien reġa ngħaqad mal-grupp fl-2009 u fl-2013 tħabbar li l-grupp kien se jieħu pawża.

Sadattant fost diversi proġetti li kein involut fihom, niftakru lil Pelù bħala wieħed mill-ġurati tat-talent show The Voice fuq Rai Due.