Iżżewweġ l-attur Dwayne Johnson, magħruf bħala The Rock

Ritratt: Instagram/Dwayne Johnson

Permezz tal-Instagram tiegħu, l-attur Dwayne Johnson, magħruf aktar bħala The Rock, ħabbar li lbieraħ, il-Ħadd 18 ta’ Awwissu, f’ċerimonja li saret fil-Hawaii, huwa żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Lauren Hashian.

Dawn it-tnejn iltaqgħu fuq is-sett tal-film tiegħu The Game Plan tal-2006, iżda ma kienx qabel l-2007 li bdew joħorġu flimkien wara li kien infired minn ma’ martu Dany Garcia.

L-attur ta’ 47 sena, magħruf għas-sehem tiegħu f’films bħal The Scorpion King, Fast & Furious 5, 6, 7 u 8, u l-aktar wieħed riċenti Fast & Furious: Hobbs & Shaw, għandu tifla mill-ewwel żwieġ tiegħu, kif ukoll żewġt ulied oħra minn Hashian, li żżewweġ ilbieraħ.