Permezz tal-midja soċjali, id-DJ magħruf Tiësto, li għandu 50 sena, ħabbar li s-Sibt li għadda, il-21 ta’ Settembru, żżewweġ lill-maħbuba tiegħu Annika Backes ta’ 23 sena. Iċ-ċerimonja ġiet iċċelebrata fid-deżert tal-Utah, fl-Istati Uniti.
Madwar 80 persuna kienu preżenti għall-mument x’ħin il-koppja wegħdu mħabbithom lejn xulxin.
Il-koppja kienu ltaqgħu f’ristorant fi New York fl-2015 iżda kien f’Novembru li għadda li tgħarsu.
L-isem proprja tad-DJ popolari huwa Tijs Michiel Verwest u għal din l-okkażjoni speċjali pproduċa l-kanzunetta A Million Years, b’dedika għal martu Annika.
Din is-silta ndaqqet għall-ewwel darba waqt ir-riċeviment tat-tieġ tagħhom.