Iżżewġu u ħames minuti wara mietu f’inċident tat-traffiku

Koppja li żżewġet mietet f’inċident tat-traffiku f’Texas, ħames minuti wara ċ-ċerimonja tat-tieġ. Harley Morgan, ta’ 19-il sena, u Rhiannon Boudreaux, ta’ 20 sena, nhar il-Ġimgħa ħabtu ma’ trakk wara li ħallew il-post fejn kienu żżewġu.

Il-koppja kienu ilhom jinħabbu sa minn meta kienu tfal meta trakk li kien qed jiġbed trailer li fuqu kien hemm tractor kbir baqa’ dieħel fil-karozza tagħhom. Il-karozza nqalbet bosta drabi sakemm spiċċat f’gandott. Iċ-ċelebrant li ftit tal-ħin qabel kien żżewwiġhom iddikjarahom mejta, it-tnejn li huma għadhom bl-ilbiesi tat-tieġ.

Ritratt: Lashawna Morgan, omm Harley, u oħtha Christina Fonteot, raw it-traġenda sseħħ quddiemhom.

Il-pulizija li ssejjaħ fuq il-post qal li l-familji tagħhom kienu fil-karozzi warajhom sejrin għall-post fejn kienu se jagħmlu l-festin tat-tieġ. Mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li s-sewwieq tat-triq ma jidhirx li kellu xi ħtija fl-inċident imma xorta waħda għamlulu l-eżami jekk kienx xurban inkella kienx fuq xi drogi.

Omm l-għarus qalet li l-binha u l-għarusa tiegħu kulma riedu li jgħixu ħajjithom flimkien u kienu qed jippjanaw biex f’Diċembru jagħmlu festa kbira biex ifakkru l-għaqda tagħhom fiż-żwieġ.