Fl-aħħar ġranet iżżewġet l-attriċi Tezara Camilleri, li fost oħrajn rajniha fil-karattru ta’ Julia fis-sensiela popolari Il-Klikka. Oħrajn jiftakru lil Tezara fil-kompetizzjoni televiżiva L-Isfida u għal xi żmien anki bħala preżentatriċi fil-programm One Night Stand fuq ONE. Min isegwi l-pantomimi bla dubju jassoċċja lil Camilleri mal-karattru ta’ Maleficent fil-produzzjoni Sleeping Beauty.
Magħrufa wkoll fuq ir-radju bħala Tez, din il-preżentatriċi dan l-aħħar iżżwġet il-maħbub tagħha David Saliba.
F’atmosfera mill-aktar brijuża, Tezara u David kellhom ġurnata tassew speċjali mal-mistednin tagħhom u Tezara ma naqsitx mill-tkanta wkoll kanzunetta lir-raġel tagħha, silta li kitbet hija stess.
Awguri lil din il-koppja miżżewwġa friska.
