Iżżewġet il-kantanta Karen DeBattista

Iżżewġet il-kantanta Karen DeBattista, magħrufa l-aktar għall-kanzunetta rebbieħa fil-festival L-Għanja tal-Poplu, Jien Ma Naħdimx. Hija żżewġet lill-maġbub tagħha, il-kompożitur Mark Scicluna.

Karen hi magħrufa wkoll għas-sehem tagħha f’bosta festivals f’pajjiżna fosthom Konkors Kanzunetta Indipendenza, is-Summer Hit Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest tal-2015.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-koppja Scicluna.