Iżrael tattaka Gaża, Palestinjani jattakkaw b’missili

REUTERS/Mussa Qawasma

Ajruplan tal-Iżraeljani laqtu militanti fl-Istrixxa ta ‘Gaża, waqt li l-Palestinjani nedew splussivi mill-enklavi lejn l-Iżrael, qal il-militar Iżraeljan.

Dan l-attakk segwa mudell familjari ta’ attakki ta’ ritaljazzjoni mill-militar Iżraeljan u gruppi armati Palestinjani madwar il-fruntiera ta’ Gaża-Iżrael, li rat eskalazzjoni ta’ vjolenza matul l-aħħar xhur.

L-isplużjonijiet qawwijin riegħdu d-djar ta’ Gaża u krejaw ħafna duħħan iswed fejn laqtu.

Protesti

Il-ġlied beda nhar il-Ġimgħa, meta eluf ta’ Palestinjani nġabru fiż-żona tal-fruntiera Iżrael-Gaża għal protesti ta’ kull ġimgħa li issa daħlu fir-raba’ xahar tagħhom. It-truppi Iżraeljani qatlu żagħżugħ Palestinjan, u protestur ieħor miet illum minħabba l-feriti tiegħu, qalu uffiċjali tas-saħħa ta’ Gaza.

Aktar minn 130 Palestinjan inqatlu minn forzi Iżraeljani waqt il-protesti.

Il-militari Iżraeljani qalu li d-dimostranti kienu qed jitfgħu tajers, ġebel, mezzi splussivi u bombi tan-nar lejn is-suldati tagħha, u li wieħed mill-uffiċjali tagħha kien midruba b‘grenade Palestinjana.

Sigħat wara, il-militari nedew sensiela ta’ strajkijiet tal-ajru f’Gaża. Il-militanti Palestinjani mbagħad bdew jisparaw lejn l-Iżrael, u għalhekk ġew attakkati iżjed mill-forza tal-ajru tal-Iżrael. Għal dan iż-żieda  fl-attakki, il-gruppi armati rrispondew billi sparaw iktar rokits.