Iżrael: passiġġieri fuq tal-linja attakkati b’sikkina

Palestinjan ġie arrestat wara li l-Pulizija f’Tel Aviv sparaw fuqu b’reazzjoni għal daqqiet ta’ sikkina li hu ta lil 9 persuni.
Mill-inqas 3 mill-vittmi jinsabu f’qagħda serja.
Skont il-Pulizija Iżraeljana, li qed tqis l-attakk bħala wieħed terroristiku, ir-raġel attakka lix-xufier u lil xi passiġġieri fuq tal-linja u anke lil xi wħud fuq barra l-karozza tal-linja.
Huma sparawlu f’siequ meta pprova jaħrab iżda rnexxielhom jaqbduh ftit wara.