Iżrael jeħles 26 priġunier Palestinjan

Il-Gvern Iżraeljan approva l-ħelsien ta’ 26 priġunier Palestinjan. Dan bħala parti mill-ftehim li se jwassal biex jissoktaw it-taħdidiet ta’ paċi din il-ġimgħa.

Il-priġunieri, li jinsabu fil-lista ppubblikata mis-Servizz tal-Priġunerija f’Iżrael,  se jinħelsu matul il-jum ta’ għada.

Il-lista ġiet ippubblikata fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, wara li ġew infurmati l-familjari tal-vittmi. Madanakollu wasslet biex grupp żgħir minnhom ipprotestaw barra l-bini tal-Qorti Suprema Iżraeljana f’Ġerusalemm, kontra l-ħelsien ta’ dawn il-priġunieri.

Erbatax-il priġunier se jintbagħtu fil-Medda ta’ Gaza u t-12 l-oħra fix-Xatt tal-Punent.  

Tmien priġunieri kellhom jinħelsu fit-tliet snin li ġejjin u tnejn minnhom fi żmien sitt xhur.