Aġġornata: 41 Palestinjan maqtul waqt protesti kontra l-ambaxxata Amerikana

L-armata Iżraeljana qatlet minn tal-inqas 41 Palestinjan fil-limiti ta’ Gaża waqt li kienu qed jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tiftaħ l-ambaxxata tagħha f’Ġerusalemm.
Din qed tiġi kkunsidrata bħala l-akbar massakru ta’ Palestinjani tat-tip mill-gwerra ta’ Gaża tal-2014.
Skont uffiċjali tas-saħħa, mad-900 Palestinjan indarbu, b’450 minnhom b’tiri ta’ armi tan-nar.
Id-demostrazzjoni ilha għaddejja għal dawn l-aħħar sitt ġimgħat.
Il-protesti kienu mistennija jeskalaw matul il-ġurnata, minħabba li llum huwa s-70 anniversarju minn meta nħoloq Iżrael.
Eluf inġabru madwar il-fruntiera ta’ bejn Iżrael u l-Palestina llum, bi wħud jippruvaw jersqu wisq viċin il-linja li l-mexxejja t’Iżrael ħalfu li mhux se jħalluhom jaqbżu.
Ritratti: Reuters