Iżrael b’attakki militari ġodda fuq Gaża

Il-Prim Ministru Iżraeljan ordna li jsiru nterventi militari ġodda f’Gaża wara li allegatament ġew sparati r-rokits mill-militanti.
L-Armata Iżraeljana sostniet li f’din l-operazzjoni militari se jiġu meqruda siti strateġiċi deskritti tat-terrur li jinsabu taħt il-kontroll tal-Ħamas.
Il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied li kien twil ħamest ijiem kien imġedded għal jum ieħor it-Tnejn li għadda.
Aktar minn 2,080 persuna nqatlu waqt il-ġlied li beda fit-8 ta’ Lulju li għadda.