Iżomm lill-awtoritajiet responsabbli għax ma kellux avukat fl-interrogazzjoni

Raġel li f’April tal-2003 kien ġie arrestat f’April tal-2003 u akkużat b’importazzjoni u traffikar tad-droga ressaq protest ġudizzjarju fil-Qorti Kostituzzjonali fejn qed iżomm lill-awtoritajiet responsabbli għad-danni.
Ir-raġel, li kien ingħata sentenza ta’ priġunerija b’rabta mad-droga, ressaq il-protest wara li t-Tlieta, l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li nkisrulu d-drittijiet meta ġie interrogat mill-Pulizija mingħajr ma kien hemm l-avukat tiegħu.
Il-Qorti Ewropea qalet d-dritt tal-avukat huwa mandatorju u li d-drittijiet tal-akkużat inkisru peress li seta’ għamel stqarrijiet li tinkriminah.