Iżlanda: Żbroff ieħor qrib il-vulkan Bardarbunga

L-Iżlanda ħarġet twissija ġdida wara li reġa’ żbroffa lava minn xaqq qrib il-vulkan Bardarbunga.
Minkejja li dan mhuwiex allarmanti, l-ajruplani ma jistgħux itiru sa 6,000 pied viċin il-vulkan.
Dan huwa t-tielet żbroff li seħħ fiż-żona. Fl-2010 l-irmied minn vulkan kien waqqaf it-titijiriet madwar l-Ewropa.