Read in English.
Kummerċ li sar online f’Malta ammonta għal 4 punti perċentwali iżjed mill-medja tal-EU28.
Dan skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Infatti, fl-2019 kien hemm żieda ta’ 4.9% f’bejgħ minn kummerċ online mill-2018. 85.8% ta’ kummerċ online sar mis-siti elettroniċi u applikazzjonijiet tal-mobile tan-negozji stess.
L-użu tal-Internet u tat-teknoloġija fin-negozji huwa komuni, b’97.7% ta’ negozji jużaw kompjuters, u 97.3% jużaw l-Internet.
L-istatistika wriet ukoll li l-midja soċjali qed tiġi iżjed popolari man-negozji, b’86.5% ta’ dawk li jużaw l-Internet jużaw ukoll il-midja soċjali. Dan l-izjed f’każ ta’ negozji fis-setturi tal-akkomodazzjoni u ikel, tat-trasport, u tal-komunikazzjoni.