‘Iż-żwieġ tal-istat għandu jkun suprem fuq kull żwieġ ieħor’ – il-PM Joseph Muscat

Fi tmiem il-quddiesa inawgurali tal-Pontifikat tal-Papa Franġisku, il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat qal li l-Gvern se jaħdem sabiex iż-żwieg tal-Istat ikun suprem fuq kull forma ta’ żwieġ ieħor.

F’kumment lill-ġurnalisti, Dr Muscat qal li wara d-dħul tad-divorzju, hemm bżonn ta’ evoluzzjoni fir-relazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja. Qal li dan għandu jsir f’kuntest ta’ rispett reċiproku, b’sistema fejn il-liġi taż-żwieġ tal-Istat tkun suprema fuq kull forma ta’ żwieġ ieħor.

Qal li se tissejjaħ konvenzjoni kostituzzjonali biex ir-reliġjon Kattolika tibqa’ r-reliġjon uffiċjali ta’ Malta bħala rikonoxximent għall-wirt kulturali u storiku li ħalliet il-Knisja.