Iż-żwieġ jista’ inaqqaslek ir-riskju tal-kanċer!

Hawn min jgħidlek li meta tiżżewweġ jibda l-inkwiet u l-istress. Oħrajn jinsistu li fil-ħajja miżżewġa tagħhom, sabu l-ferħ u l-kuntentizza.

Issa, skont stħarriġ fir-Renju Unit, iż-żwieġ jista’ anke jsalvak mill-kanċer.

L-istudju li sar fuq xejn anqas minn 750,000 persuna, juri li l-persentaġġ li persuna miżżewwġa tfieq mill-kanċer jikber b’20%.

L-istudju wera’ ukoll li dawk li jkunu miżżewġin għandhom probabiltà ikbar li jindunaw bil-marda kmieni.  

F’uħud mill-każijiet ta’ kanċer tass-sider, iż-żwieġ kien qed ikun meqjus aktar effettiv mill-kimoterapija.

Bl-istess studju, persuni li ma jkunux miżżewwġa għandhom 17% aktar ċans li jbatu minn kanċer li jixxerred.