Iż-Żrieraq jiċċelebraw 175 sena devozzjoni lejn tal-Karmnu

Dis-sena ż-Żrieraq qed jiċċelebraw il-175 sena mindu l-vara tal-Madonna tal-Karmnu waslet fiż-Żurrieq, bis-saħħa ta’ xogħol l-iskultur Salvatore Psaila.
Għal dan il-għan se jittella’ dokumentarju drammatizzat b’din it-tema.
Id-dramm inkiteb u se jiġi direġut minn Joe d-Dulli u martu, Veronica Farrugia.
Dan qed isir b'inizjattiva tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu u bil-kollaborazzjoni sħiħa minn diversi sezzjonijiet fi ħdan l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria.
Id-dokumentarju se jsir l-Erbgħa li ġej fid-8.45pm.
Ritratt: Richard Faenza