Iż-Żrieraq b'”Music Sensations” b’risq l-ALS

Is-Sezzjoni Żagħżagħ Karmelitani taż-Żurrieq ser torganizza l-kunċert Music Sensations b'risq l-ALS Malta.
Din l-attività se tkun ippreżentata minn Pierre Cordina u Alana Bondin, bis-sehem tal-kantanti lokali Eleanor Cassar, Jessika, Brooke Borg, Tiziana Calleja, Deborah C u Josef Tabone.
Il-kunċert se jsir nhar is-Sibt, 8 ta’ Lulju, mit-8.30pm 'il quddiem fi Pjazza San Ġorġ in-Nigret, fiż-Żurrieq. 
Id-dħul huwa b'xejn, iżda kull donazzjoni se tmur għall-ALS.