Iż-żjara tal-Papa f’Malta għadha se ssir

Read in English.

Il-Kurja tal-Arċisqof ma ġietx infurmata li ż-żjara tal-Papa f’Malta fi tmiem Mejju se titħassar.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt mill-Kurja stess wara li kien hemm rapporti fil-midja lokali u anke internazzjonali li ż-żjara appostolika tal-Papa f’Malta jaf titħassar.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Knisja CRUX qalet li l-unika żjara tal-Papa konfermata din is-sena hija dik f’Malta, iżda din “x’aktarx titħassar peress li Malta waqqfet il-vjaġġi kollha minn u lejn l-Italja.”

Il-ġurnal The Malta Independent ukoll spekula li ż-żjara tal-Papa taf titħassar minħabba t-tifrix tal-coronavirus. Din l-ispekulazzjoni ġiet minn rapport tal-aġenzija Associated Press.

Il-PUBBLIKAZZJONI UFFIĊJALI biex tfakkar iż-Żjara Pastorali f’Malta mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Offerta Limitata ta’ Qabel il-Pubblikazzjoni: €40 għall-Ktieb b’Qoxra Iebsa, jew €25 għall-Ktieb b’Qoxra Ratba. Ibgħat imejl fuq book@beaconmedia.mt