Iż-Żimbabwe tapplika biex terġa’ tidħol fil-Commonwealth

Robert Mugabe

Iż-Żimbabwe għadha kemm applikat biex terġa’ tingħaqad mal-Commonwealth.
Għal din ir-raġuni stiednet lil grupp ta’ eks kollonji Ingliżi sabiex josservaw l-elezzjonijiet ġenerali tal-pajjiż din is-sena.
L-Eks-President Robert Mugabe li tkeċċa mill-uffiċju tiegħu s-sena li għaddiet, kien ħareġ mill-organzizazzjoni lura fl-2003 wara li s-sħubija kienet ġiet sospiża wara argument dwar l-elezzjonijiet fis-sena ta’ qabel.
Is-Segretarja Ġenerali tal-Commonwealth, Patricia Scotland qalet li l-President Emmerson Mnangagwa, li ħa post Mugabe applika fil-15 ta’ Mejju.
Mnangagwa wiegħed li se jħalli lok għal elezzjoni ġusta u ħielsa, u ħalef li se jkun qed jaħdem sabiex jirranġa l-konnessjonijiet internazzjonali u jattira investiment barrani.
Ritratt: Reuters