Iż-Żimbabwe mhux se jħalli aktar żwiġijiet ma’ tfal

Iż-Żimbabwe pprojbixxa żwieġ fejn l-għarus jew l-għarusa jkunu għadhom tfal.
Id-deċiżjoni – skont dak li qed jiktbu l-mezzi tax-xandir lokali – ittieħdet mill-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż wara li żewġ tfajliet, Loveness Mudzuru u Ruvimbo Tsopodzi, iżżewġu żgħar, u ressqu l-każ tagħhom quddiem il-Qorti, u kkundannaw din il-prattika.
Minn issa ’il quddiem se jkunu illegali ż-żwiġijiet fejn wieħed mill-għarajjes jew inkella t-tnejn li huma, jkunu għadhom ma għalqux it-18-il sena.