Iz-zija Rose għalqet 100 sena

Ritratt: Facebook/DebbieScerri

Awguri lil Rosina Zammit li llum għalqet 100 sena! Rosina, jew kif isejħulha iz-zija Rose, tiġi z-zija tar-rispett ta’ Lina Scerri, omm il-kantanta Debbie Scerri.

Ir-raġel ta’ Rosina, Anthony, kien ħalliena fl-2010 fl-età ta’ 88 sena, u kien jiġi ħu n-Nanna Catherine, il-mamà ta’ omm Debbie Scerri.

Hawn fir-ritratt naraw lil Rosina u lil Anthony fit-tieġ ta’ omm u missier Debbie, Lina u Karmenu, peress li Anthony kien qagħad xhud tal-mama ta’ Debbie.

Rosina hija mir-Rabat u l-familja ta’ Debbie hija l-eqreb parentela min-naħa tar-raġel. Hija għandha wkoll neputi, Sid Muscat, li jgħix fl-Awstralja.

Rosina ma’ Sid u Lina

Debbie u l-familja tagħha jżommu ħafna kuntatt miegħu u kemm il-darba jiġi jżur lil Rosina!

Ritratt: Facebook/DebbieScerri

Dan hu l-messaġġ ta’ awgurju li Debbie għamelt lil Rosina.

Ritratt: Facebook/

Dwar iz-zija Rose, Debbie qaltilna li minkejja l-età tagħha, Rosina għad għandha memorja tajba ħafna!

Ritratt; Facebook/DebbieScerri

Awguri Rosina!