“Iż-żieda fit-tfal abbandunati f’Malta hija nkwetanti” – Dr Saviour Formosa

Il-prostituzzjoni, l-abbandun ta’ tfal, il-vjolenza u s-serq. Dawn kollha żdiedu b’mod drastiku u inkwetanti f’dawn l-aħħar snin f’Malta. Newsbook tkellem ma’ Dr Saviour Formosa, lecturer fil-kriminoloġija fl-Universita ta’ Malta.

Kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo, Dr Formosa tkellem b’mod partikolari dwar il-fatt li l-abbandun jew qtil ta’ trabi żdied minn medja ta’ 2 bejn l-2004 u l-2008 għal 11-il każ fl-2012.

Spjega li l-kriminalità hija marbuta b’mod dirett mal-povertà, u tkellem dwar dak li qed jiġri fil-kumplament tal-Ewropa.

Dr Saviour Formosa qal li mal-50% tal-atti kriminali li jiġu rrapportati, hemm 50% li ma jiġux.